#muscatgate Elezzjoni 2017 Lokali

BREAKING: Godfrey Farrugia mhux se jikkontesta mal-Partit Laburista

L-eks Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia ħabbar li mhux se jikkontesta mal-Partit Laburista fl-elezzjoni bikrija tat-3 ta’ Ġunju li ġej. Hu ħabbar dan fuq Facebook ftit tal-ħin ilu.

“Għada nagħlaq 57 sena. Illejla waranofsinhar iddeċidejt li ma jixraqlix li noħroġ ma’ dak li qed isejjaħ lilu nnifsu Partit Laburista. Jien Laburist u mhux posti hemm” kiteb Farrugia fuq Facebook.

Din l-aħbar issegwi d-deċiżjoni li jirriżenja minn Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista.

Godfrey Farrugia jirriżenja minn Whip tal-Gvern: “Tlifna l-fibra morali”