Il-Gvern jidentifika s-settur tal-blockchain economy bħala settur li ħoloq l-impjiegi
Propju ftit ġranet wara li l-Gvern Laburista waqa’ u l-Prim Ministru sejjaħ elezzjoni bikrija, il-Ministru Chris Cardona jbqa’ jsostni li dan hu gvern li għadu stabbli.
Din id-dikjarazzjoni l-Ministru Cardona għamilha f’konferenza tal-aħbarijiet wara li f’Kastilja kien iffirmat ftehim li fih il-kumpanija SR Techinc, li bdiet topera f’Malta fl-2009, se tinvesti €30miljun u se toħloq madwar 400 impjieg mal-160 li hemm jaħdmu bħalissa. Hu ppjanat li fi tliet snin l-SR Technic tkun tħaddem madwar 560 persuna.
Il-Ministru Cardona qal li dan l-investiment seta’ jkun possibbli anki minħabba l-MCAST u l-kapaċitajiet tal-istudenti li joħroġu minnu. Hu sostna li l-Gvern kompla jibni fuq dak l-investiment li nġieb fl-aħħar snin.
Mistoqsi dwar x’settur ġodda ħoloq dan il-gvern biex joħloq l-impjiegi u liema huma n-niċeċ ekonomiċi ġodda li qed jinħolqu, il-Ministru Chris Cardona semma l-blockchain economy u l-Life Scienes Park f’San Ġwann, li wkoll ebda jinbena qabel l-aħħar elezzjoni.
Il-Ministru Cardona ma semmiex in-numru ta’ impjiegi li dawn is-setturi ħolqu fl-aħħar erba’ snin.
Mistoqsi dwar il-fatt li l-gvern Laburista ma kinx stabbli tant li waqa’ wara 50 xahar u dwar ir-rapporti ta’ korruzzjoni li qed itappnu d-dehra ta’ Malta internazzjonlment, il-Ministru Cardona qal li l-Gvern Laburista kien u għadu stabbli.
//= $special ?>