Il-kumpanja Willerby Trade ta’ Brian Tonna nfetħet ġimgħa wara li Joseph Muscat ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru, skont informazzjoni żvelata minn rapport ippubblikat fil-ġurnal Times of Malta. Willerby Trade hija l-istess kumpanija li minn kont bankarju tagħha f’Pilatus Bank għaddew €100,000 f’tixħim lil Keith Schembri. Skont din l-istorja, żvelata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, il-flus daħlu f’kont bankarju li Keith Schembri stess għandu f’ismu ma’ Pilatus Bank.
Skont The Times, Willerby Trade Inc twaqqfet fil-British Virgin Islands fid-19 ta’ Marzu 2013, jiġifieri ġimgħa wara li Joseph Muscat sar Prim Ministru u Keith Schembri sar Chief of Staff f’Kastilja.
Il-flus li għaddew għand Keith Schembri oriġinaw minn commissions mill-bejgħ tal-passaporti li Brian Tonna għamel permezzz tal-kumpanija Nexia BT. Madanakollu, il-commissions miksuba daħlu f’kont bankarju tal-kumpanija sigrieta Willerby, li wkoll hija ta’ Brian Tonna; u kien mill-kont bankarju ta’ Willerby li fl-aħħar, ammont sostanzjali minnhom għaddew għand Keith Schembri.
The Times ikkwotaw sorsi li qalu li hu stramb kif kumpanija li mhux involuta direttament mal-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza, jiġifieri Willerby, irċeviet commissions minn din l-iskema.
Fid-dettalji li kixfet dwar il-kumpanija Willerby, The Times qalet li din il-kumpanija ġie reġistrata fuq indirizz f’Tortola fil-British Virgin Islands, u b’indirizz ta’ korrispondenza f’San Ġwann – preċiżament fejn hemm l-uffiċju ta’ Brian Tonna, Nexia BT. Skont The Times, sa ftit xhur ilu, fuq dan l-indirizz kien hemm ukoll l-indirizz tal-kumpanija Mossack Fonseca f’Malta, iżda jirriżulta li din il-fergħa ngħalqet ftit wara li kien faqqa’ l-iskandlu tal-Panama.
Dwar il-kwistjoni ta’ trasferimenti ta’ flus minn Willerby ta’ Brian Tonna għal Keith Schembri, intqal li l-flus għaddew biex jagħmlu tajjeb għal flus li Keith Schembri kien sellef lil Brian Tonna. Iżda mistoqsi minn The Times għaliex il-ħlas tal-loan sar bi flus miksuba mill-bejgħ tal-passaporti, Brian Tonna wieġeb: “M’għandi xejn iżjed x’inżid”.
X’inhi l-istorja tat-tixħim lil Keith Schembri?
Skont dak li kien ġie żvelat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil il-ġimgħa li għaddiet, Brian Tonna rċieva commissions mill-bejgħ tal-passaporti lil tlett Russi. Għalkemm il-bjegħ tal-passaporti sar minn Brian Tonna f’isem il-kumpanija Maltija Nexia BT, il-commissions daħlu fil-kont bankarju tal-kumpanija ‘Willerby Trade Inc’.
Willerby hija wkoll kumpanija ta’ Brian Tonna, iżda nkixfet fl-iskandlu tal-Panama peress li din il-kumpanija kienet inżammet sigrieta u moħbija. Jirriżulta, skont dak żvelat, li l-commissions li daħlu fil-kont bankarju ta’ Willerby, għaddew għall-kont bankarju li Keith Schembri għandu f’ismu personalment f’Pilatus Bank.
//= $special ?>