Is-suċċess ta’ San Ġiljan Tum Invest fil-kampjonat tax-xitwa għadu jidwi fost il-partitarji u l-klabb Ġiljaniż. Ftit wara l-finali tal-Ħadd mirbuħa 8-6 kontra Sliema Betsson, Net Sports tkellem mal-President ta’ San Ġiljan Daniel Aquilina fejn qal li rebħu kampjonat meritat hekk kif rebħu l-partiti kollha qabel il-finali. Aquilina tenna li huma kienu ftit aħjar mill-avversarji fil-finali.
Il-President Ġiljaniż qal li għandhom bżonn li jibqgħu umli u dixxiplinati għaliex sostna li kulħadd jaf x’ġara meta bdew favoriti. “Għandna barrani ta’ livell tajjeb, gowlkiper ġdida u hemm taħlita tajba bejn plejers ta’ esperjenza u żgħażagħ li naħseb għandna biex nieħdu pjaċir, iżda rridu naħdmu biex nilħqu l-għan tagħna.”
//= $special ?>