Maqbud f’paniku u kriżi minħabba Gvern li kien sfurzat jaqa’ bil-korruzzjoni, il-Gvern ta struzzjonijiet interni biex b’urġenza, il-mediċini jibdew jitqassmu fid-djar madwar Malta kollha.
Sa qabel ma ngħataw dawn l-istruzzjonijiet b’urġenza, il-mediċini kienu jitqassmu fid-djar f’żewġ lokalitajiet biss: Raħal Ġdid u r-Rabat, kif tixhed ukoll stampa meħuda mill-website tal-Gvern ftit tal-ħin ilu (isfel).
Imma l-ispiżjara u s-sidien tal-ispiżeriji nħasdu meta aktar kmieni rċivew e-mail li permezz tagħha ġew infurmati li l-iskema “70+ Domiciliary Delivery Scheme” se tkun estiża “Għal madwar Malta kollha b’effett immedjat”.
B’din l-iskema, l-ispiżeriji li huma membri fil-‘Pharmacy of Your Choice’ iwasslu bl-idejn il-mediċini lill-anzjani li għandhom ‘il fuq minn 70 sena. Sa qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni b’urġenza li l-iskema tkun estiża għal Malta kollha, din l-iskema kienet miftuħa biss f’Raħal Ġdid u r-Rabat.
Kollox jindika li din id-deċiżjoni ttieħdet ħabta u sabta minħabba li ġejja l-elezzjoni. Filfatt, l-ispiżjara u s-sidien tal-ispiżeriji ma kienux jafu li se tittieħed din id-deċiżjoni b’urġenza. Maħsuda bid-deċiżjoni ħabta u sabta, ħafna spiżjara esprimew il-frustrazzjoni tagħhom minħabba n-nuqqas ta’ konsultazzjoni.
Ara hawn l-ittra li se tintbgħat lill-anzjani kollha f’Malta li għandhom ‘il fuq minn 70 sena u li jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema.
Ara hawn l-email li rċivew l-ispiżjara
//= $special ?>