#muscatgate Lokali

SKANDLU EGRANT: Skiet minn Muscat quddiem provi ċari

Reazzjoni ta' skiet perfett minn naħa tal-Mexxej Laburista

Quddiem il-provi ċari illi Egrant hija ta’ Michelle Muscat, il-Mexxej Laburista baqa’ assulutament sieket. Hekk stqarr f’konferenza tal-ahbarijiet il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami meta tkellem dwar l-iskandlu ta’ korruzzjoni li jinsab maqbud fih Joseph Muscat.

“Illum, hemm provi u xiehda ċara illi tgħid li Egrant hija tal-mara tal-Prim Ministru”, sostna Beppe Fenech Adami. Wara l-akkużi serji ta’ din il-whistleblower, l-ebda reazzjoni minn Joseph Muscat.

Beppe Fenech Adami stqarr illi din l-istorja turi biċ-ċar kif f’Kastilja hemm kobba ta’ korruzzjoni organizzata.

Fl-istess konferenza tkellmet ukoll il-kandidata tal-PN għall-elezzjoni generali Alessia Psaila Zammit. Hi qalet li quddiem dan l-iskandlu il-PM ghazel lilu innifsu u mhux il-futur ta’ pajjiżna għax mar jiġri għal elezzjoni ġenerali bikrija.

Kandidat iehor tal-PN li indirizza lill-media kien Liam Sciberras. Hu fakkar kif bħala persuna li fl-2013 kien ivvota u ta fiduċja lil Joseph Muscat, illum aktar u aktar jemmen li huwa kruċjali li fl-elezzjoni li jmiss il-poplu jagħżel Malta u mhux Panama-Muscat.