Sport Sport Ieħor

SPARAR – Wirja pożittiva ta’ Chetcuti f’Larnaca

Gianluca Chetcuti

It-tiratur żagħżugħ Malti tad-Double Trap Gianluca Chetcuti, fid-debutt tiegħu fit-Tazza tad-Dinja f’Larnaca, ikkwalifika mal-aqwa sitt tiraturi fid-dinja.

Hu kiseb ir-raba’ post wara li laqat 28 minn 30 plattina fl-ewwel rawnd, (29/30, 28/30, 24/30, 26/30) fir-rawnds ta’ wara għal total ta’ 135 minn 150 plattina.

It-tiratur Taljan Daniele Dispignio rebaħ il-midalja tad-deheb u fit-tieni post spiċċa r-Russu Nekrasov Artem.

Taljan ieħor Davide Gasparini rebaħ il-medalja tal-bronz u kien segwit miż-żagħżugħ Malti.

Intant, it-tiratur Malti l-ieħor li ħa sehem f’din it-Tazza tad-Dinja William Chetcuti kellu jikkuntenta bit-tmien post.

Fl-istess Tazza tad-Dinja f’Ċipru ħadu sehem ukoll Bozidar Dimitrov u Clive Farrugia fl-iSkeet waqt li Brian Galea, Frans Pace u Mario Buhagiar se jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tat-Trap.

Din l-esperjenza qed titqies bħala esperjenza għas-sitt tiraturi Maltin qabel il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar aktar tard dan ix-xahar