Lokali Qorti

Tobba u esperti jikkonfermw il-feriti li sofra pulizija waqt attakk minn xufier

Il-Qrati tal-Ġustizzja - Arkivji

Esperti mediċi u tobba xehdu fil-qorti kif f’Jannar li għadda pulizija safa’ attakkat u sofra feriti gravi u permanenti f’wiċċu wara inċident tat-traffiku f’San Ġiljan; ‘l barra mill-mini ta’ Triq Reġjonali.

Angel Attard ta’ 40 sena mill-Birgu jinsab akkużat li ikkaġuna feriti gravi fuq Christian Agius, uffiċjal tal-pulizija li dakinhar kien off. Il-każ seħħ meta Attard kien qed isuq wara Agius, qabżu bil-karrozza u t-tnejn niżlu lejn taħt il-pont ta’ San Ġiljan fejn inqala’ l-inċident. Il-vittma kien attakkat fil-karrozza tiegħu mill-aggressur quddiem it-tfajla tiegħu.

L-espert Mario Scerri qal lill-Qorti li Agius kellu bżonn il-punti u qed isofri minn feriti f’wiċċu u rasu. Hu għadu jsofri wkoll minn ferita f’subajh, ix-xedaq u f’imnieħru. Dawn il-feriti kienu konfermati wkoll mit-tabib tal-vittma u mit-tabib tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei li dewwa lill-vittma eżatt wara l-inċident.