Dak ta’ l-2016/17 kien staġun tassew memorabbli għal Swieqi Phoenix Volleyball hekk kif dan il-klabb irnexxielu jikseb it-tieni ‘Treble’ suċċessiva billi rebaħ il-kampjonati nazzjonali tal-kategorji ta’ taħt l-14, is-16 u t-18-il sena. Staġun ilu l-istess tim kien diġà rebaħ dawn l-unuri u l-fatt li reġa’ għamel dan juri l-ħidma kbira minn naħa tal-plejers.
L-istess grupp ta’ plejers żgħażagħ kienu strumentali biex it-tim spiċċa fit-tieni post fl-Ewwel Diviżjoni tal-MVA.
Il-President ta’ Phoenix Sports Club Orlando Bonnici spjega kif ir-riżultati miksuba mill-klabb jirriflettu l-implimentazzjoni ta’ proġett fit-tul maħsub sabiex timbena bażi soda fil-livell ta’ ‘nursery’.
“Il-filosofija tagħna, hekk kif imwettqa mill-Head Coach Leonard Zammit Munro u t-tim tiegħu, hi li niffokaw l-investiment u l-enerġiji tagħna fuq l-iżvilupp tal-plejers żgħażagħ. Il-fatt li rbaħna tmien titli f’livell ta’ ‘juniors’ fl-aħħar tliet snin juri li qegħdin fit-triq it-tajba.”
“Dan l-istaġun irnexxielna wkoll indaħħlu żewġ timijiet fil-kategoriji ta’ taħt is-16 u taħt it-18-il sena. Ta’ min jisħaq ukoll il-fatt li din is-sena it-timijiet rebbieħa tagħna saħansittra ma’ tilfu la logħba u l-anqas set wieħed fil-logħob tal-katergoriji kollha,” kompla jgħid Orlando Bonnici.
Għal aktar informazzjoni dwar in-‘nursery’ ta’ Swieqi Phoenix Volleyball wieħed jista’ jikkuntattja lil Phoenix Sports Club fuq 79449359 jew 99473395.
//= $special ?>