Iffaċċjat b’korruzzjoni u skandli kontinwi, il-Partit Laburista għamel konferenza tal-aħbarijiet li fiha attakka lill-Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Fl-istess mument, il-Partit Laburista jibqa’ jirrifjuta li l-Ewroparlamentari tiegħu jippubblikaw il-kontijiet awditjati tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Gino Cauchi jakkużaw lill-Partit Nazzjonalista bi skandli.
Realta’ politika li għaliha l-Gvern Laburista kellu jagħmel elezzjoni bikrija u issa tilef anki lill-Whip tal-grupp Parlamentari Laburista Godfrey Farrugia.
Gino Cauchi u Ian Farrugia baqgħu siekta quddiem l-insistenza biex l-Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista jippubblikaw il-kontijiet awditjati tagħhom, xi ħaġa li t-tliet Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista ippubblikaw għal darba darbtejn.
//= $special ?>