Minkejja d-deċiżjoni tal-Maġistrat Aaron Bugeja li hemm biżżejjed evidenza li ssir investigazzjoni kriminali dwar Keith Schembri fuq reati kriminali ta’ tixħim u ta’ ħasil tal-flus, l-Avukat ta’ Schembri insista li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru mhux se jirriżenja, għax skontu “M’għandux għalfejn”.
F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Qorti, spikka n-nuqqas ta’ Keith Schembri nnifsu, li falla milli jidher quddiem il-media għall-mistoqsijiet. Għall-mistoqsija tal-ġurnalisti għaliex Keith Schembri ma tfaċċax, l-Avukat Edward Gatt naqas milli jirrispondi, billi jgħid li hu ma kienx qiegħed hemm biex iwieġeb mistoqsijiet politiċi.
//= $special ?>AĠĠORNAT: Il-Maġistrat jordna investigazzjoni kriminali dwar iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru