Minkejja li l-Prim Ministru Joseph Muscat intalab jixhed quddiem il-Kumitat PANA fit-18 ta’ Mejju li ġej – Joseph Muscat irrifjuta t-talba tal-Parlament Ewropew u stqarr li jidher biss meta jkollu r-rapport tal-inkjesta Maġisterjali kriminali li saret fuqu.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat ġie msejjaħ biex jixhed quddiem il-Kumitat PANA, l-kumitat tal-Parlament Ewropew li qed jinvestiga l-iskandlu tal-Panama Papers. Il-Kumitat PANA kien f’Malta aktar kmieni din is-sena, u minkejja li kien talab lil Keith Schembri biex jidher quddiemi huwa ma kienx aċċetta, biċ-Chairman tal-Kumitat kien jindika li dak li sar hu ħasil ta’ flus.
Iżda Joseph Muscat irrifjuta li jidher quddiem il-Kumitat maħtur mill-Parlament Ewropew u għamel kundizzjoni – dik li jitla’ meta jkollu r-rapport f’idejh.
F’reazzjoni għal din is-sejħa tal-Kumitat PANA, hekk kif sar magħruf li Joseph Muscat ma aċċettax li jidher, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li Joseph Muscat qed ikompli jipperikola isem Malta.
//= $special ?>