Wara li lbieraħ l-eks Whip tal-Partit Laburista Godfrey Farrugia ħabbar li mhux se jerġa’ jikkontesta mal-Partit Laburista – għaliex m’għadux iħoss li postu hu fil-Partit Laburista minħabba dak li qed jiġri– l-istess Joseph Muscat webbes rasu u qal li ma jaqbilx ma dak li l-eks deputat Laburista qallu.
Fuq Facebook, it-Tabib Godfrey Farrugia qal li wara dak kollu li esperjenza fil-Partit Laburista, għal fatt li hu għadu jħoss li hu Laburist iżda postu mhuwiex fil-Partit Laburista tal-llum.
Minn naħa l-oħra, f’attivita’ lbieraħ fix-Xagħra Għawdex, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista wassal appell lill-eks deputat Laburista Godfrey Farrugia – fejn stiednu sabiex jingħaqad mal-Forza Nazzjonali.
Minkejja li niesu stess qed jgħidulu li qiegħed fil-ħażin, u li t-tmexxija tiegħu qed tmur żmerċ – Joseph Muscat qed jibqa’ rasu mgħaddsa – maqtugħa mir-realta’ – u minflok għażel li jisma’ minn dawn it-talbiet, qed imexxi l-klikka korrotta f’Kastilja.
//= $special ?>Simon Busuttil jistieden lil Godfrey Farrugia jingħaqad mal-Forza Nazzjonali