#muscatgate Elezzjoni 2017

Il-Lejber jerġa’ jigdeb

It-tliet Ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista dejjem kellhom l-ispejjeż tagħhom awditjati sal-anqas ċenteżmu u l-awditjar dejjem sar minn tliet entitajiet professjonali indipendenti minn xulxin. Kull spiża dejjem kienet pubblika u l-ewroparlamentari reġgħu qed jagħmluhom pubbliċi.

L-Awditjar li sar dejjem sab li l-fondi dejjem kienu użati tajjeb, kif jitolbu l-liġijiet Ewropej. Xhieda ta dan huma dokumenti ppublikati mill-awdituri. L-ewroparlamentari nazzjonalisti jagħmlu dan l-eżerċizzju kull sena minkejja li ma hemmx obbligi legali li membri tal-Parlament Ewropew jagħmlu dan, kuntrarju għal dak li jagħmlu l-membri Ewro-Parlamentari Laburisti.

L-allegazzjonijiet tal-Partit Laburista li kien hemm użu ħażin ta’ fondi allokati għall-membri Ewroparlamentari hu attentat ċar biex idawru l-attenzjoni minn fuq il-fatt li aktar kmieni din il-ġimgħa whistleblower tat evidenza li Joseph Muscat hu f’każ ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus, u li għandi rabtiet diretti mal-familja li hemm fit-tmexxija tal-Ażerbajġan.

Il-Partit Nazzjonalista qal li Ewroparlamentari Laburisti preżenti u anke dawk tal-passat fosthom Joseph Muscat, Edward Scicluna, Louis Grech u Glenn Bedingfield, dejjem irrifjutaw li jippublikaw l-audited accounts. Il-Partit Nazzjonalista saqsa għaliex? Fejn huma l-accounts? U x’qed jaħbi l-Partit Laburista?

Joseph Muscat sa issa għadu ma tax spjegazzjoni kif kien jonfoq €20,000 f’fondi ewropej kull xhar biex impjega persuna waħda.

Dan hu xokkanti ta’ ipokrezija, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.