Impenn mal-Għawdxin Proposti

IMPENN: Fast Ferry minn Malta għal Għawdex

Dan l-impenn se jsir fl-ewwel 100 jum ta' Gvern Nazzjonalista ġdid.

Gvern Nazzjonalista ġdid , fl-ewwel mitt jum tiegħu se jerġa jdaħħal is-servizz ta’ vapur minn Għawdex lejn il-Belt Valletta. Apparti minn hekk se jiddaħħal wkoll is-servizz ġdid ta’ fast ferry lejn Għawdex u Malta.

Dan huwa wieħed mill-impennji li l-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed lill-elettorat.