Impenn mal-Għawdxin Proposti

IMPENN: Għawdex isir gżira reġjun u jibbenefika mill-fondi tal-UE

Dan il-kunsill reġjonali jkun jista' jiġi rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea sabiex ikun jista’ jinnegozja pakkett finanzjarju speċifiku għal Għawdex, li jlaħħaq il-250 miljun ewro għal Għawdex biss.

Gvern Nazzjonalista ġdid jemenda l-kostituzzjonali biex Għawdex jiġi rikonoxxut bħala gżira reġjun. Sabiex isir dan se tiġi ppubblikata white paper dwar it-twaqqif ta’ kunsill reġonali għal Għawdex.

Apparti mnn hekk, dan il-kunsill reġjonali jkun jista’ jiġi rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea sabiex ikun jista’ jinnegozja pakkett finanzjarju speċifiku għal Għawdex, li jlaħħaq il-250 miljun ewro għal Għawdex biss.

Dan huwa wieħed mill-impennji li l-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed lill-elettorat.