#muscatgate Lokali

KONFERMA: Il-whistleblower qed tgħid il-verità

Is-sit LovinMalta jippubblika investigazzjoni li tikkonferma li l-whistleblower qalet il-verità

Illejla Lovinmalta.com kompliet tinvestiga r-rabta bejn Egrant u l-mara tal-Prim Ministru Michelle Muscat. Is-sit skopra numru ta’ affarijiet li jikkonfermaw kemm il-whistleblower qalet il-verità

1. Il-Whistleblower kellha kuntratt normali tax-xogħol

Il-whistleblower kellha kuntratt ta’ impjieg normali datat 15 ta’ Jannar u li kien iffirmat mill-istess whistleblower kif ukoll miċ-Chairman tal-Pilatus Bank Ali Sadr u l-Kap Eżekuttiv Hamidreza Ghanbari. Il-kuntratt hu wieħed indefinit b’salarju ta’ €25,000. Hi kienet impjegata bħala Executive Assistant. Dan il-kuntratt kien ippubbikat minn Lovin Malta u jxejjen il-pożizzjoni li kien ħa l-Pilatus Bank meta ma’ The Times u mal-Mlata Today kien ċaħad li r-Russa kellha kuntratt tax-xogħol. Minkejja d-dikjarazzjonijiet tal-Pilatus Bank, il-kuntratt tal-whislteblower Russa m jgħid xejn dwar il-permess ta’ residenza.

2. Kitbet lil Finco issaqsi għal paga tagħha

Fir-rakkont tagħha, l-whistleblower qalet li kellmet ħafna nies dwar il-problemi li kellha fil-bank, u għalhekk lovinalta.com provaw ikellmu lil Finco trusts li issoltu jaħdmu l-pagi ta’ Pilatus Bank. Mistoqsijin minn dan is-sit Finco Trust qalu li ma setgħux jagħtu dettalji tal-klijenti tagħhom imma tfittxijiet li għamel dan is-sit dwar il-paga tal-whistleblower ikkonfermaw li fil-verità saru talbiet mill-mara Russa għal paga għalkemm ma kienx hemm talba uffiċjai.

Lovinmalta għamel ukoll mistoqsijiet lid-dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali imma għal-liema mistoqsijiet ma kienx hemm tweġiba.

3. Bgħatet email tilmenta dwar diffikultajiet mal-Pulizija u Pilatus bank

F’April tal-2016, il-whistleblower Russa bagħtet email tilmenta dwar Pilatus Bank u l-Pulizija. Dan l-email li żvela s-sit Lovin Malta, kien intbagħat lil Kummissarju tal-Pulizija, lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, lill-Ambaxxata Russa u lill-Ministeru Russu għall-Affarijiet Barranin. F’dan l-email illijkjat, il-whistleblower qalet li l-kuntratt tal-impjieg tagħha ġie mitmum allarieda u mingħajr ebda raġuni.

F’dan l-istess email il-whistleblower ilmentat ukoll dwar kif Pilatus Bank ma ħallasix għall-xogħola. Fuq dan in-nuqqas ta’ ħlas, il-mara Russa talbet l-għajnuna ta’ Paul Costa mid-Department of Industrial & Employment Relations – fejn dan informa lill-whistleblower li Pilatus Bank ma providix biżejjed provi sabiex juri li ħallasha – iżda peress li f’dak il-mument ma kellhomx uffiċju legali, t-talba tagħha ġiet postposta għall-Marzu jew April 2017.

It-tieni ilment li semmiet f’dan l-email kien jirragwarda l-ETC hekk kif Pilatus Bank ma rreġsitrax l-impjieg tal-whistleblower magħhom. L-ETC bagħtet diversi korrispondenza sabiex titlob għar-reġistrazzjoni ta’ din l-impjegata. Hawnhekk il-whistleblower stqarret, li kien f’dan il-mument li Pilatus Bank għamel rapport mal-Pulizija kontriha, li mhux vera li hi għandha tieħu l-paga mingħand il-bank, u b’hekk wassal għall-arrest tagħha.

4. Kitbet ukoll lil membri tal-media

Iżda l-whistleblower ma waqfitx hawn – Lovinmalta ppublika email li l-whistleblower bagħtet email ukoll lil diversi ġurnalisti. Hawnhekk il-whistleblower Russa spjegat fid-dettall dwar dak li ġrala mal-bank. Hi qalet li Pilatus Bank ma ridx iħallasha sakemm ikollha l-permess għar-residenza. Is-CEO tal-Bank Hamidreza Ghanbari kien qalilha li dan il-proċess hu neċessarju minħabba li ma jkunx jista’ jirreġistra l-impjieg tagħha mal-ETC, mad-dipartiment soċjali, u mal-uffiċju tat-taxxa mingħajr ma jkollha permess għar-residenza f’Malta.

Il-whistleblower qalet lill-ġurnalisti, li hi kellha t-tama li l-permess joħroġilha f’ġimgħatejn jew tliet ġimgħat, u għaldaqstant qablet. F’dak il-mument ukoll, il-whistleblower intalbet tiffirma karta vojta u li din tingħata lis-COO Luis Rivera. Kien hawnhekk ukoll il-whistleblower ġiet infurmata li dan hu proċess regolari li jsir mal-impjegati kollha tal-bank – fejn jsiru kopji tal-firem u jittelgħu fuq server u jintużaw għall-użu intern fuq dokumenti tal-bank.

Il-whistleblower qalet li dan kien pass perikoluż, u għaldaqstant hi fittxet il-liġi Maltija fejn sabet artiklu 297 tal-Kodiċi Kriminali li jgħid li wieħed jista’ jeħel sa disa’ snin ħabs għall-użu ħażin ta’ karta vojta ffirmata. Il-whsitleblower qalet li din il-liġi serħitilha rasha, u għalhekk iffirmata.a

5. Konferma li hemm każ kriminali kontriha, imma m’għandhiex storja ta’ kriminalità

Lovin Malta kkonfermaw li hemm każ il-qorti kontra il-whistleblower dwar dak li allegaw Pilatus Bank, jiġifieri li użat il-karta tal-kreditu tal-bank sabiex ħalset biex il-familja tagħha jingħaqdu magħha fuq vjaġġ barra minn Malta. Madanakollu l-whistleblower saħqet li Pilatus Bank ħadu azzjoni wara li hija insistiet li kienet għadha ma tħallsitx.

6. Konferma li qalet il-verità dwar investigazzjoni li kienet qed issir fuq Pilatus Bank waqt li kienet għadha impjegata

Lovin Malta rrappurtaw ukoll li l-whistleblower qalet il-verità meta qalet li kienet qed issir investigazzjoni dwar Pilatus Bank fil-perjodu meta kienet għadha impjegata tal-istess bank.

L-istess rapport investigattiv ta’ Lovin Malta jgħid ukoll huwa minnu li l-investigazzjoni li kienet saret sabet nuqqasijiet serji. Filfatt, l-investigaturi sabu transazzjonijiet dubjużi li kienu nieqsa minn dokumentazzjoni suffiċjenti. L-investigazzjoni mill-FIAU, skont Lovin Malta, sabet ukoll li numru ta’ kumpaniji b’involviment ta’ ‘Politically Exposed Persons’ ma ġewx klassifikati b’dan il-mod.