Elezzjoni 2017 Lokali

Kristina Chetcuti tniedi blog ġdid: kristinachetcuti.com

Kristina Chetcuti nediet blogg ġdid tagħha, kristinachetcuti.com, bl-ewwel artiklu tagħha jitkellem dwar kif erba’ snin ilu, bħala ġurnalista ta’ The Times of Malta għarfet li l-wegħdiet ta’ Joseph Muscat sa minn qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet kienu ttimbrati li jiġu miksura.

Fis-sit kristinachetcuti.com, dik li llum hi s-sieħba tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil tistqarr: “Bħala ġurnalista fl-2003, rajt l-affarijiet b’mod imparzjali. Il-pajjiż kellu bżonn bidla, iżda d-dubju tiegħi kien dwar il-mexxej li kellu jwassal għal din il-bidla. Ma kienx ħa l-vot tiegħi għar-raġuni sempliċi li kont na xogħlu bħala ġurnalist, u l-verità għalih qatt ma kienet priorità.”

Tikteb li madankollu ħasbet li “Gvern li rebaħ b’tant maġġoranza kien se jwettaq bidliet radikali, għaliex b’tant vantaġġ ma kellux għax jinkwieta li jitlef il-voti.” Tkompli li l-ewwel sinjal li dan ma kellux iseħħ kien il-PBS li xorta waħda baqa’ il-leħen partiġġjan tal-Gvern.

“Agħar minn hekk,” tikteb Kristina Chetcuti, “il-pajjiż deher miżgħud bil-korruzzjoni.” Sena wara, Kristina Chetcuti li tiddeskrivi lilha nnifiha bħala persuna li mhix politikanta, ħalliet il-kamra tal-aħbarijiet biex taħdem fuq il-kitba tal-kotba.

Tkompli li mill-Għid, il-politika waqfet tkun iffurmata dwar il-kwistjonijiet, iżda saret dwar iż-żamma tal-valuri li jagħmluna umani: diċenza bażika u integrità. “Din l-elezzjoni hi l-kuntrarju tal-elezzjoni tal-2013. Saret elezzjoni dwar tliet persuni li qarrqu b’pajjiż, partit u 36,000 votant ta’ rieda tajba. Jien u Simon ma rridux li wliedna jikbru jaħsbu li dan hu tajjeb,” iddikjarat Kristina Chetcuti.

“It-tama tiegħi hi li r-raġel fit-tmexxija għandu l-aġenda tal-pajjiż għal qalbu,” ittemm tikteb Chetcuti.