Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat għamel tentattiv biex inaqqas mill-importanza tad-dikjarzzjoni tal-Maġistrat Inkwerenti Aaron Bugeja li lbieraħ iddeċieda li jirreferi x-xhieda li ta l-Kap tal-PN Simon Busuttil dwar Keith Schembri lil maġistrat ieħor wara li sab provi biżżejjed biex ikun hemm investigazzjoni.
Dan it-tentattiv il-Prim Ministru għamlu meta kien qed jitkellem waqt attività tal-Partit Laburista f’Ħal Għaxaq ftit ħin biss wara tħabbret id-deċiżjoni tal-Maġistrat li fiha hu qal li d-dikjarazzjoni tal-Maġistrat Bugeja turi li dak li qal Simon Busuttil mhux relatat mal-kumpanija Egrant.
Muscat qal li d-deċiżjoni tal-Maġistrat turi li Simon Busuttil ma ġabx il-provi fuqu u fuq martu. Hu sostna li l-inkjesta tal-Maġistrat Bugeja għandha tkun konkluża kemm jista’ jkun malajr u żied li l-Gvern jieħu gost b’dawn l-inkjetsi għaliex is-sewwa jrid ikun magħruf.
Il-Prim Ministru qal li hu lest li jmur jixhed quddiem il-Kumitat PANA, li qed jinvestiga l-iskandlu tal-Panama, meta jkollu f’idejh il-konklużjonijiet tal-Maġistrat Aaron Bugeja.
//= $special ?>