Il-Pulizija tal-Explosive Ordnace Division għamlu tfittxija intensiva f’karozza Hyundai ħamra li kienet ipparkjata fi Triq is-Sajjieda fil-Marsa minħabba suspett li fiha seta’ kien hemm bomba.
Il-każ Seħħ il-bieraħ għal ħabta tal-17:00 meta jidher li sid il-karozza irċieva telefonata li fil-karozza tiegħu kienet tqegħdet bomba.

Hu minnufih informa lill-Pulizija tad-distrett tal-Ħamrun li waslu fil-post flimkien mal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU) li iċċirkondaw il-post u iddevjaw lit-traffiku biex ma jkunx hemm periklu. Waslu wkoll Pulizija mit-Taqsima tal-klieb.
Membru tal-Pulizija mit-Taqsima tal-Explosive Ordinance Division imlibbes b’ilbies apposta għamel spezzjoni bir-reqqa tal-karozza kollha, inkluż taħt, fil-karozza, fil-magna u anke fil-booth.
Jidher li ma nstab l-ebda splussiv fil-karozza.
Il-Pulzija tad-Distrett qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.
//= $special ?>

