Waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu f’Birkirkara, il-Prim Ministru Joseph Muscat mera dak li hemm iswed fuq l-abjad fid-deċiżjoni tal-Maġistrat Aaron Bugeja.
Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Maġistrat Aaron Bugeja qal li hemm biżżejjed biex il-provi li ressaq il-Kap tal-PN Simon Busuttil, ikunu investigati minn Maġistrat f’investigazzjoni ‘dwar l-in genere’. (Investigazzjoni dwar l-in genere tfisser inkjesta Maġisterjali).
Imma Muscat għażel li jmeri dak li hemm miktub iswed fuq l-abjad billi jgħid li “mhux veru” li l-Maġistrat Bugeja sab biżżejjed provi biex il-każ jgħaddi għand Maġistrat ieħor għal investigazzjoni kriminali.
//= $special ?>