Il-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Internazzjonali fi tweet online rrefera għal dak li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil żvela dwar l-investigazzjoni Kriminali dwar Keith Schembri u Brian Tonna. Simon Busuttil aktar kmieni kien qal li l-Maġistrat inkwerenti kien sab biżżejjed provi biex jibdew l-investigazzjonijiet dwar allegat tixħim u korruzzjoni.
L-ICIJ kien il-konsorzju li żvela l-iskandlu tal-Panama Papers u kien grazzi għall-investigazzjonijiet ta’ dan il-grupp li ħarġu d-dettalji kollha dwar il-kumpaniji sigrieti ta’ Konrad Mizzi, Keith Schembri u ta’ mart il-Prim Ministru.
//= $special ?>