Lokali

FILMAT: Jingħata l-aħħar tislima Joe Cassar “Peppinu”

Wara li nhar it-Tlieta tħabbret il-mewt ta’ Joe Cassar, illum fil-parroċċa ta’ Ħal-Tarxien ingħata l-aħħar tislima l-eks maġistrat u l-eks deputat Dr Joe Cassar.

Joe Cassar ħadem għal diversi snin fil-Qorti bħala maġistrat kif ukoll serva bħala deputat f’isem il-Partit Nazzjonalista. Joe Cassar kien magħruf ma’ ħafna bħala “Peppinu”.

Media.link communications issellem il-memorja ta’ Joe Cassar waqt li tibgħat il-kondoljanzi l-familja tiegħu.