Joseph Muscat jammetti – iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri żbalja meta fetaħ il-kont fil-Panama, tliet ijiem biss wara l-Elezzjoni Ġenerali tal-2013. Iżda l-kliem ta’ Joseph Muscat huma differenti ħafna mill-azzjonijiet tiegħu – għaliex ammetta li żbalja, iżda minflok keċċih, ħallih hemm miegħu f’kariga daqstant importanti.
Din ir-risposta ngħatat meta Joseph Muscat ġie mistoqsi minn ġurnalist ta’ The Times of Malta, dwar jekk hux kumbinazzjoni li Keith Schembri għandu kontijiet fi tliet pajjiżi magħrufin għall-evażjoni ta’ taxxa: fil-Panama, fil-British Virgin Islands (BVI), u l-Isvizzera. Iżda f’risposta xotta – Joseph Muscat kompla jiddefendih, minkejja li fl-inkjesta Maġisterjali instab li hemm biżejjed provi biex Keith Schembri jiġi investigat kriminalment.
Fl-istess risposta, Joseph Muscat deher jiddefendi lil Keith Schembri dwar evażjoni ta’ taxxa, meta l-akkuża kriminali hi dwar korruzzjoni u ħasil ta’ flus.
Joseph Muscat jaf li Keith Schembri żbalja u huwa ħati, iżda minflok keċċih – Joseph Muscat żammu miegħu.
//= $special ?>