#muscatgate Lokali

FILMAT: TRASFERIMENT TA’ FLUS F’PILATUS – Muscat jerġa’ jinqabad jigdeb

Ara l-filmat biex tifhem kif hemm żewġ verżjonijiet tal-istejjer, mingħand l-istess Joseph Muscat.

Joseph Muscat jerġa’ jinqabad f’gidba oħra – dan wara mistoqsija ta’ NET News, Joseph Muscat prova jaħrab minn dak li hu stess qal l-għada li faqqa l-iskandlu tal-kumpanija sigrieta Egrant.

Il-fatti kif ġraw:-

  • Il-Ħamis 20 ta’ April: Daphne Caruana Galizia tgħid li t-tielet kumpanija sigrieta fil-Panama hi tal-mara ta’ Joseph Muscat.
  • Il-Ġimgħa 21 ta’ April: Joseph Muscat qal li ma jistax ikun li minn Pilatus Bank għaddew miljuni ta’ flus mingħajr record tat-transazzjoni bl-użu ta’ SWIFT code jew IBAN.
  • Il-Ġimgħa 21 ta’ April: F’Xarabank, Joseph Muscat jerġa’ jistqarr li hemm record tat-transazzjoni ta’ flus fuq skala internazzjonali.
  • Il-Ġimgħa 5 ta’ Mejju: The Malta Independent tgiddeb dak li qal Joseph Muscat, hekk kif minn Pilatus Bank sar trasferiment ta’ madwar €1,000,000 f’kont ta’ politiku, mingħajr ebda użu ta’ SWIFT Code
  • Is-Sibt 6 ta’ Mejju: Meta mistoqsi minn NET News, Joseph Muscat jaħrab mill-gidba li qal.

Huwa ċar, li Joseph Muscat għal darb’oħra inqabad jigdeb fuq l-iskandlu li ħakem lill-Gvern Laburista tiegħu – l-iskandlu tal-Panama Papers.

 

Aqra dak li żvelat The Malta Independent:

ESKLUSSIVA TA’ TMI: €1 miljun trasferiti f’kont ta’ ‘Politically Exposed Person’; Ma ntużatx is-sistema SWIFT