Joseph Muscat tant hu mifxul bil-kobba ta’ korruzzjoni li ħakmet lill-Gvern tiegħu, li issa nqabad jigdeb mill-ġdid – din id-darba dwar il-miljun ewro fi flus li għaddew f’kont miżmum għand Pilatus Bank minn persuni esposti politikament.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem Kastilja, il-post li fil-passat kien jirrappreżenta l-ogħla istituzzjonijiet ta’ governanza f’Malta u llum-il ġurnata sar simbolu tal-korruzzjoni fejn inħema kollox, Beppe Fenech Adami ddikjara li post Joseph Muscat m’għadux fil-politika.
“Joseph Muscat m’għadx għandu postu fil-politika għaliex minflok ħa azzjoni gideb biex jiddefendi lin-nies ta’ madwaru,” stqarr Beppe Fenech Adami. Dan wara li sar magħruf li fit-trasferiment ta’ miljun ewro fil-Bank Pilatus ma ntużatx is-sistemà SWIFT, li permezz tagħha jinżammu dettalji ta’ tranżazzjoni bankarji.
Kastilja, li sa ftit ilu kienet l-uffiċċju ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi, li bħalissa għaddejjin minn investigazzjoni kriminali minn żewġ magistrati, illum-il ġurnata saret il-post fejn waqa’ l-Gvern u kellha tissejjaħ elezzjoni bikrija sena qabel.
Beppe Fenech Adamo fakkar kif ftit jiem ilu seħħew żewġ żviluppi: “Il-Maġistrat Aaron Bugeja ġie ppreżentat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista bi provi li juru kif Keith Schembri kien ivolut f’tixħim u ħasil ta’ flus marbuta mal-bejgħ taċ-ċittadinanza u l-whistleblower li żvelat kif kien hemm ammont kbir ta’ flus li ġew trasferiti minn kont bankarju tal-familja korrotta tal-Ażerbajġan, l-Aliyev, għall-Egrant.”
Dawn id-dettalji huma ppruvati bid-dokumenti, iżda minflok saret kampanja sħiħa intiża biex il-whistleblower tiġi skreditata. Dan inkluż billi Joseph Muscat qal li bis-sistemà SWIFT ikun jista’ jsir magħruf li saru dawn it-tranżazzjonijiet.
Madankollu, ir-rapporti li ħarġu madankollu juru li l-FIAU sabet li kien hemm tranżazzjoni ta miljun li ma saritx bis-sistemà SWIFT. Ir-rapport tal-FIAU għadda għand il-Kummissarju tal-Pulizija, li ma ħa l-ebda azzjoni.
Fid-dawl ta’ dan kollu, Beppe Fenech Adami fakkar li bil-korruzzjoni jħallas kulħadd. “Il-poplu tilef €14-il miljun mid-deals taż-żejt, €4 miljun għall-Cafe Premier u miljuni għal Gaffarena. Din il-korruzzjoni qed thedded diversi industriji li huma vitali għal Malta għaliex pajjiżna anke fuq livell internazzjonali ħa daqqa ta’ ħarta.”
Il-Partit Nazzjonalista jrid li l-popolazzjoni ta’ Għawdex tikber b’10%
Beppe Fenech Adami ta wkoll iżjed dettalji dwar il-proposta li għandha l-għan li l-popolazzjoni ta’ Għawdex, li llum-il ġurnata niżlet għal 30,000 biss, terġa’ tibda tikber.
Il-Partit Nazzjonalista għamel b’wegħda tiegħu li joffri €10,000 lil familji li jirritornaw lura f’Għawdex u jrabbu familja hemm.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista ddikjara li l-intenzjoni tal-partit hi li l-popolazzjoni, f’ħames snin, tiżdied b’10% fi żmien ħames snin, għal total ta’ mill-inqas 33,000.
Hu kkalkulat lu Gvern Nazzjonalista se jiddedika madwar €15-il miljun biex din il-propsota tidħol fis-seħħ u tibda tiġi implimentata immedjatament.
Bżonn ta’ diskussjoni matura u nfurmata dwar il-legalizzazzjoni tal-marijuana
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami appella wkoll għal diskussjoni matura u nfurmata dwar il-legalizzazzjoni tal-marijuna.
Dan wara d-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li “fuq materja sensittiva bħal din, u quddiem it-tħassib tal-ġenituri, hu importanti li nieħdu deċiżjoni tajba mill-ewwel.”
L-istess ħsieb minn Beppe Fenech Adami, li qal li din id-diskussjoni żgur li m’għandix issir ġimagħtejn biss qabel l-elezzjoni, bl-iskop li Joseph Muscat jakkwista l-voti. Madankollu qal li diskussjoni bil-għaqal għandha tkun xi ħaġa normali, kif isir f’kull pajjiż ieħor.
“Hemm bżonn li tissaħħaħ il-liġi tal-whistlebower” – Wayne Hewitt
Għall-konferenza tal-aħbarijiet kien preżenti wkoll il-kandidat għall-elezzjoni ġenerali Wayne Hewitt li qal li dan il-Gvern daħħal il-liġi tal-whistleblower iżda issa qed jattakka lill-whistleblower li qed tikxef l-iskandlu li hu nvolut fih.
“Din il-liġi għandha bżonn tissaħħaħ għax Joseph Muscat ta messaġġ biex persuni li jkunu jridu jikxu xi skandlu ma jagħmlux dan għax inkella jispiċċaw jiġu attakkati,” iddikjara Hewitt.
Tkellem ukoll dwar il-provi li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ipprovda lill-Maġistrat Aaron Bugeja dwar l-iskandlu tat-tixħin u flus li rċieva Keith Schembri mill-bejgħ taċ-ċittadinanza.
Fakkar kif dawn il-provi wasslu biex il-Maġistrat ta kredibiltà enormi lil Simon Busuttil tant li ordna inkjesta oħra.
“Wegħda ta’ ġlieda totali kontra l-korruzzjoni” – Janice Chetcuti
Min-naħa tagħha Janice Chetcuti, kandidata oħra tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali, wasslet il-preokkupazzjoni ta’ eluf ta’ nies għall-ogħla livell ta’ korruzzjoni li qatt kellu pajjiżna.
“Hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed glieda totali kontra l-korruzzjoni,” stqarret Chetcuti.
Fid-daw l ta’ dan iddikjarat li l-elezzjoni ġenerali li jmiss se tkun elezzjoni kontra l-korruzzjoni, u mhux waħda bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista. Appellat lill-poplu Malti biex jagħmel il-parti tiegħu biex il-pajjiż jitnaddaf mill-korruzzjoni tiegħu, billi bil-vot jagħżel lil Malta.
//= $special ?>