Waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv illum waranofsinhar, il-Partit Nazzjonalista approva 12-il kandidat u kandidata ġodda għall-elezzjoni ġenerali li jmiss tat-3 ta’ Ġunju li ġej. Minn dawn it-12-il kandidat, 3 minnhom huma kandidati tal-Partit Nazzjonalista, waqt li 9 huma tal-Partit Demokratiku.
F’isem il-Partit Nazzjonalista, llum ġew approvati Therese Comodini Cachia, Josie Muscat u Norman Vella. F’isem il-Partit Demokratiku ġew approvati Monique Agius, Timothy Alden, Malcolm Bezzina, Duncan Bonnici, Lee Bugeja Bartolo, Anthony Buttigieg, Catherine Farrugia, Marlene Farrugia, u Charles Polidano.



Il-lista finali tal-kandidati għall-elezzjoni ġenerali tiġi kkomunikata ladarba jagħlaq il-proċess tan-nomini mal-Kummissjoni Elettorali.
//= $special ?>