Il-Laburisti ġenwini huma mqazza’ mill-aġir tal-Prim Ministru Joseph Muscat, li qed jiddefendi akkosta ta’ kollox lill-klikka li ħakmitu – inkluż Keith Schembri u Konrad Mizzi.
Dikjarazzjoni tal-Alternattiva Demokratika, f’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Parlament, fejn il-membri tagħha wkoll tkellmu kontra l-korruzzjoni tal-Gvern Laburista.
“Il-Prim Ministru ma jistax jibqa’ mmexxi minn imnieħru minn Keith Schembri u Konrad Mizzi,” iddikjara Arnold Cassola, li kompla li pajjiżna jixraqlu politika nadifa.
Bil-messaġġ tal-Alternattiva jkun ‘Vot Alternattiv, Vot Nadif’, Carmel Cacopardo stqarr li politika nadifa rridu naħdmu għaliha kuljum, b’passi serji kontra dak li rrefera għalih bħala tniġġis fil-ħajja ta’ kuljum.
Għamilha ċara wkoll li “ma nistgħux nibqgħu f’sitwazzjoni fejn Gvern iħaddem l-istituzzjonijiet, bil-konsegwenza li fit-tmexxija jilħqu persuni li mhux neċessarjament ikollhom l-integrità u kwalifiċi neċessarji.”
L-Alternattiva Demokratika ddikjarat ukoll li ma setgħetx tifforma parti mill-Forza Nazzjonali għaliex il-membri tagħha jafu b’ħafna Laburisti li lesti ma jivvutawx lill-Partit Laburista imma ma jaslxu li jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>

