Dawk li qed jieħdu ħsieb il-kampanja elettorali tal-kandidat għall-presidenza Franċiża Emmanuel Macron, qalu li Macron safa vittma ta’ “hacking”.
Dan wara li nstabu għexieren ta’ dokumenti li ttellgħu onlajn bil-għan li jħawwdu lill-poplu. Intqal li uħud mid-dokumenti huma awtentiċi filwaqt li oħrajn huma foloz. L-organizzaturi tal-kampanja ta’ Macron qalu li huwa ċar li l-hackers riedu jagħmlulu ħsara, ġurnata biss qabel il-vot presidenzjali ta’ għada l-Ħadd meta se jiffaċċja lir-rivali tal-partit tal-lemin estrem Marin Le Pen.
Id-dokumenti ttellgħu fuq l-internet tard il-Ġimgħa filgħaxija, fl-aħħar sigħat qabel intemmet uffiċjalment il-kampanja elettorali. Għaldaqstant Macron ma jistax jgħid li jrid fuq il-midja u ma jistax joħroġ iktar stqarrijiet.
L-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika kien jindika li Macron kellu vantaġġ ta’ madwar 20 punt perċentwali fuq Le Pen.
//= $special ?>