Infermier ta’ 38 sena dalgħodu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li attakka sesswalment ħames kollegi tiegħu fid-dar tal-anzjani.
L-allegat każi ta’ vjolenza sesswali saru bejn Ġunju 2015 u x-xahar li għadda.
Il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella orndat li isem l-akkużat ma jixxandarx biex tkun imħarsa l-identità tal-vittmi. L-Ispettur tal-Pulizija John Spiteri qal li l-pulizija kienu mgħarrfin b’dan il-każ wara li ħames vittmi, li kienu jinkludu tfajla ta’ 16-il sena u mara bi problema psikjatriċi, irraportaw il-każ lill-Kap tat-tmexxija tad-Dar tal-Anzjani.
Il-vittmi għadhom iridu jixhdu fil-Qorti, madanakollu, il-qorti rrakkomandat lid-direttur tal-Ħabs biex l-akkużat ikun jista’ jara lil ibnu f’dan il-perjodu.
L-Avukat Albert Zerafa u Matthew Bartolo dehru għall-akkużat.
//= $special ?>