Lokali

Net Media tirbaħ 4 awards tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin

Id-dehra moderna tal-portal il-ġdid netnews.com.mt
Net, il-mument u In-Nazzjon rebbieħa ta' erba' awards

Illejla saret is-27 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards fil-Lukanda The Palace, tas-Sliema, organizzati mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.

Il-gazzetta il-mument rebħet il-kategorija tal-Ġurnaliżmu Stampat Aħbarijiet sponsorjata mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bi tliet sottomissjonijiet tal-ġurnalist investigattiv Joe Mikallef.

il-mument u l-ġurnal In-Nazzjon rebħu l-kategorija tal-Ġurnaliżmu Kulturali Stampat sponsorjata mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu bi tliet sottomissjonijiet tal-kontributur Noel D’Anastas.

In-Nazzjon rebaħ il-kategorija tal-Ġurnaliżmu Sport Stampat bi tliet sottomissjonijiet tal-ġurnalist Charles Camenzuli. Din il-kategorija hija sponsorjata mill-kumpanija Calamatta Cuschieri Financial Services Limited.

Il-kategorija Ġurnaliżmu Sport Imxandar, sponsorjata mill-Fond għall-Kawżo Ġusti ntrebħet minn NET TV b’sottomissjonijiet tal-ġurnalist Christian Micallef bil-programm Replay.