Futbol Sport

Oliver Spiteri m’għadux kowċ ta’ Balzan

Oliver Spiteri

Il-kowċ ta’ Balzan Oliver Spiteri, irriżenja mill-kariga li kien ilu jokkupa sa mill-2014.
Stqarrija maħruġa mill-klabb qalet li bi qbil bejn iż-żewġ partijiet ġie deċiż li Spteri kellu jinħall minn mal-klabb.

Hu kien iddebutta fit-tmexxija tat-tim nhar is-16 ta’ Awwissu tal-2014, fir-rebħa ta’ 4-2 fuq Żebbuġ Rangers.

Fl-aħħar tliet snin Balzan dejjem spiċċaw mal-ewwel erbgħa fil-Premier u għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb lagħbu fil-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League.

Dan minbarra li taħt it-tmexxija ta’ Spiteri Balzan waslu sal-finali tal-FA Trophy tas-sena li għaddiet li tilfu kontra Sliema.

B’kollox fil-kampjonat, Spiteri mexxa lit-tim ta’ Balzan għal 99 darba, bir-rekord ikun dak ta’ 56 rebħa, 21 draw u 22 telfa. Dan l-istaġun Balzan temmew fit-tieni post.