Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi f’Tas-Sliema

Ritratt mill-arkivji

Anzjan ta’ 70 sena residenti Tas-Sliema qed isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn rota dalgħodu. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am, xħin il-Pulizija ġiet mgħarrfa li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha fi Triq Rudolf.

L-anzjan intlaqat minn Pollakk li joqgħod Tas-Sliema. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-ewwel kura.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.