Studenti li llum għamlu l-eżami tal-Matematika tal- “O level” ħarġu mbikkma wara li l-eżami kien ferm aktar diffiċli minn dak mistenni mill-istudenti.
L-eżami kien dak tal-karta 2A u l-istudenti li għamlu kuntatt magħna qalulna li minkejja li ilhom jippreparaw għal dan is-suġġett diversi xhur, hekk kif marru għall-eżami, sabu li kien diffiċli ħafna, bil-biża’ tagħhom tkun li ma jgħaddux u għalhekk ma javvanzawx fl-istudji. Sostnew li uliedhom ħadmu karti tas-snin passati, u li din il-karta kienet ferm aktar diffiċli.
Ġenituri tal-istudenti qalulna li din hi xi ħaġa “kruduli” fuq uliedhom u jippretendu li l-MATSEC bord jieħu azzjoni.
//= $special ?>

