Lokali

Żagħżugħ ta’ 17-il sena jweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn Genie Boom

Żagħżugħ ta’ 17-il sena weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn Genie Boom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs, meta ż-żagħżugħ ntlaqat minn dan il-makkinarju.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei u iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.