Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Juża mass meeting biex jerġa’ jirrepeti l-priorità tiegħu: Li jneħħi l-wires mit-toroq

L-anqas kelma waħda minn Muscat dwar kif irid jiġġieled il-korruzzjoni

F’diskors ta’ ftit aktar minn għoxrin minuta, il-Prim Ministru Joseph Muscat l-anqas darba waħda ma tkellem dwar kif jixtieq jiġġieled il-korruzzjoni li tant ħakmet lill-Kastilja fl-aħħar erba’ snin.

Kliem li Muscat kien juża fil-mass meetings ta’ erba snin ilu, bħat-trasparenza, il-kontabbiltà, l-indafa fil-politika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni ma ssemmew l-anqas darba fid-diskors ta’ Muscat.

Madanakollu, il-Mexxej Laburista, semma xi wħud mill-prioritajiet tiegħu: fosthom din, it-tneħħija tal-wires mit-toroq.

B’uffiċjali ta’ Kastilja u tal-Gvern fuq il-palk tal-mass meeting Laburista, il-partitarji Laburisti kienu indirizzati wkoll mid-Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona, li ddeskriva l-ġlieda tal-Forza Nazzjonali kontra l-korruzzjoni bħala ‘fake’, f’messaġġ li bih ta x’jifhem li l-iskandlu Egrant huwa ‘fake’.

Il-mass meeting Laburista sar f’Ħaż-Żabbar.