Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici dalgħodu ddefenda l-cover-up ta’ Keith Schembri, u meta mistoqsi minn NET News għal reazzjoni, ir-risposta ta’ Bonnici kienet li Keith Schembri “ħareġ stqarrija”.
Illum, il-gazzetta The Sunday Times żvelat u ppubblikat siltiet mir-rapport tal-FIAU, rapport li ilu jinżamm moħbi aktar minn sena mill-awtoritajiet, fosthom mill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u mill-Awditur Ġenerali Peter Grech.
“Jiena nfurmat li Keith Schembri ħareġ stqarrija għal dawk il-kummenti u m’għandix aktar kummenti x’ngħaddi” insista Owen Bonnici fid-difiża tiegħu għall-pożizzjoni ta’ Keith Schembri, għalkemm viżibbilment imbarazzat bis-sitwazzjoni.
“Kif taf, il-liġi tal-FIAU titfa’ obbligi serjissii għall-kunfidenzjalità”, żied jgħid.
//= $special ?>KONFERMA: Keith Schembri b’akkużi ta’ kriminalità; Ippubblikat ir-rapport li ilu moħbi sena