#muscatgate Lokali

FILMAT: Skont Muscat, ir-reat kriminali huwa li r-rapport tal-FIAU spiċċa għand il-media

L-inkwiet tal-Prim Ministru dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-FIAU minn The Sunday Times mhuwiex li dan ir-rapport jikkonferma li ċ-Chief of Staff tiegħu, Keith Schemrbi, huwa akkużat b’reati kriminali, iżda li r-rapport tal-FIAU spiċċa għand il-media.

“L-ewwelnett, din hija l-ewwel darba li qed nara dan ir-rapport, u mhux se noqgħod nidħol fil-kwistjonijiet kif qiegħed fil-mezzi tax-xandir li huwa reat minnu nnifsu” qal il-Prim Ministru f’kummenti ma’ The Times dalgħodu qabel qaleb id-diskors fuq il-Partit Nazzjonalista.

Mistoqsi minn The Times għaliex il-Pulizija ilhom sena jaħbu u ma jagħmlu xejn fuq ir-rapport tal-FIAU, Muscat farfar ir-responsabbiltà.

“Dawk huma raġunijiet li għandhom il-Pulizija; trid tistaqsi lilhom,” temm jgħid il-Prim Ministru.

Tags