Is-Supretendent Ian Abdilla, li jmexxi l-Economic Crimes Unit u li għall-aħħar sena ma għamel xejn dwar tliet rapporti tal-FIAUl li jinvolvu lil Keith Schembri, ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, lill-Ministru Konrad Mizzi u lil Adrian Hillman li kien Direttur Maniġerjali ta’ Allied Newspapers huwa parti importanti fl-inkjesta maġisterjali dwar Egrant u Pilatus Bank.
Żvelat dan il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li qalet li meta xehdet quddiem l-inkjesta maġisterjali, l-maġistrat saqsiha jekk taċċettax li jkun hemm il-preżenza tal-Pulizija f’każ li x-xhieda tagħha twassal għall-bżonn t’azzjoni tal-Pulizija. Hi qablet u uffiċjal tal-Pulizija liebes ilbies komuni u mhux uniformi daħal fl-awla.
Il-Pulizija ma kienx identifikat u rrealizzatt min kien f’nofs ix-xhieda tagħha. Is-Supretendent Abdilla saqsiha għal dokumenti u meta ma tagħtomlux saqsiha għaliex. Hi wieġbet li l-pulizija riedet biss tara x’evidenza kellha u dan għax minkejja li kellha f’idejha tliet rapporti tal-FIAU, il-pulizija qatt m’aġixxiet.
Daphne Caruana Galizia tistqarr li qabel ma ħarġet mill-awla l-Maġistrat infurmaha li ma setgħet tirrapporta xejn dwar dak li seħħ fl-Awla, minħabba li l-inkjesta kienet qed issir wara bibien magħluqa, imma tkellmet issa għaliex tħoss li l-fatt li l-pulizija implikat huwa l-kap tat-taqsima għar-reati Ekonomiċi dan hu t’interess pubbliku għaliex għandu impatt dirett fuq l-inkjesta.
Daphne Caruana Galizia qalet li Ian Abdilla kien preżenti wkoll fis-smiegħ tax-xhieda tal-Whistleblower Russa.
Is-Supretendent Ian Abdilla taħt Gvern Laburista ingħata żewġ promozzjonijiet , minn spettur għal supretendent u issa qed jistenna li jsir Assistent Kummissarju, promozzjoni għalissa temporanjament wieqfa mill-qrati sakemm jinstema’ mandat ta’ inibizzjoni li tressaq mis-Supretendent Carmelo Bartolo.
//= $special ?>