Il-Kantant Maltija Marilena Gauci lbieraħ avvanzat għal fażi oħra ta’ X Factor UK.
Marilena qalet li tinsab ferħana se ttir u li malli semgħat il-ġurija jgħidulha iva ma setgħatx temmen dak li semgħet.
Marilena qalet li nhar it-Tnejn li għadda rċeviet invit għal audition tal-bieraħ fid-9 ta’ filgħodu. Infatti lbieraħ hija stenbħet quddiem kju qisu serbut nemel biswit l-02 Arena. Hija qalet li minkejja li għandha ħafna impenji, speċjalment issa li waslu l-eżamijiet, hija xorta waħda sebet l-appoġġ tal-qraba tagħha biex tieħu ċ-ċans.
L-isfida kienet kbira mhux biss waqt il-wirja iżda anke qabel fejn Marilena stqarret li kienu l-bosta li ħarġu jibku mis-sala wara l-auditions tagħhom.
Wara ħafna ħin ta’ stennija, fl-16.00 kien imiss il-Maltija, wara li kantat u lestiet il-wirja, Marilena ġiet affaċjata minn mument tant issa feliċi għaliha hekk kif giet mogħtija l-biljett biex tavvanza għall-fażi li jmiss.
Marilena qalet li llum tkomplu din l-avventura fejn mistennija tidher darbtejn oħra quddiem il-ġurija, bit-tama li tgħaddi mill-auditions live.
//= $special ?>