Dalgħodu tħabbar li l-gżira ċkejkna ta’ Kemmuna tilfet kwart mill-popolazzjoni tagħha hekk kif tilfet ħajjitha, Maria Said, waħda mill-erba’ residenti tal-gżira.
Dan tħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook Festa ta’ Kemmuna hekk kif l-anzjana mietet fl-età ta’ disghin sena.
Maria għexet għomorha kollu fuq Kemmuna fejn kienet tiftiakar saħansitra l-popolazzjoni tal-gżira tlaħħaq ftit inqas minn mitt persuna madanakollu l-ammont kien naqas drastikament matul is-snin.
Filwaqt li fuq il-midja soċjali sellmu l-memorja ta’ Maria, bosta irringrazzjawha tal-għajnuna u l-koperazzjoni li dejjem tat.
Għaldaqstant fuq il-gżira issa fadal l-kuġini ta’ Maria, Anġlu u Salvu vella, u l-kuġina Evangelista Buttigieg.
//= $special ?>

