Fl-Iraq, kompliet l-offensiva kontra t-terroristi tal-ISIS f’Mosul, meta l-qawwiet tal-Gvern qegħdin javvanzaw lejn il-kwartieri tal-Punent ta’ din il-belt importanti.
L-aħħar azzjonijiet qed isiru wara li l-Armata fetħet front ieħor fil-gwerra kontra l-ISIS bil-ħsieb li telimina t-theddida tat-terroristi li ilhom ix-xhur jokkupaw Mosul, li hi t-tieni l-akbar belt tal-Iraq.
L-offensiva fuq l-ISIS f’Mosul issa ilha għal sitt xhur, b’kelliema tal-Armata li kienu intervistati fl-aħħar sigħat jgħidu li t-terroristi fl-inħawi għadhom qed jużaw iċ-ċivili u l-familji bħala tarka bil-għan li jtellfu l-avvanzi tat-truppi.
//= $special ?>