Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi fit-Tarzna

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ fuq vapur li kien qed jaħdem fuqu fit-tarzna ta’ Palumbo, fit-Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid. Mill-ewwel stħarriġ jidher li r-raġel Rumen intlaqat minn pjanċi tal-ħadid.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-23.30 tal-bieraħ filgħaxija.

Ir-Rumen ittieħed l-isptar Mater Dei.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.