Minbarra l-impenji politiċi, Simon Busuttil sab il-ħin matul din il-kampanja elettorali sabiex jiltaqa’ man-nies. Il-Ħadd filgħodu, numru kbir ta’ nies marru jiltaqgħu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt żjara fir-Rabat.
Simon Busuttil żar il-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ San Pawl fejn minn hemmhekk għamel triqtu tul il-monti tar-Rabat.
Matul din il-mixja tal-monti, numru kbir ta’ nies ħadu l-opportunita’ sabiex tkellmu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u awgurawlu f’din il-kampanja elettorali – nies li ġejjin mis-setturi kollha tas-soċjeta’ u b’etajiet varji wkoll.
Simon Busuttil għamel mezz ukoll sabiex jiltaqa’ mhux biss ma’ dawk li kienu qegħdin igawdu ġurnata b’temp mill-isbaħ fir-Rabat, iżda wkoll mal-bejjiegħa tal-monti, u l-ħaddiema u sidiental-ħwienet kollha tad-dawra.
//= $special ?>