Id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista kompla jonqos biex issa jammonta għal 3.2%, figura li tagħmel parti mill-margin of error, jiġifieri fejn ir-riżultat jista’ jmur fuq iż-żewġ naħat fl-elezzjoni. Skont stħarriġ ippubblikat mill-gazzetta Maltaoday, ir-riżultat juri li ż-żewġ partiti jistgħu jkunu fuq quddiem.
L-istħarriġ juri li għad hemm 15.4% tal-votanti indeċiżi u 7.7% li ma tawx risposta dwar lil min jivvutaw jekk issir elezzjoni għada.
Mill-istħarriġ jirriżulta wkoll li għad hemm kważi votant wieħed minn kull erba’ li vvutaw lil Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni u li ma jafdawx lil Joseph Muscat, filwaqt li joħroġ ċar li waqfet l-emorarġija minn ħdan il-Partit Nazzjonalista waqt li kompliet minn ħdan il-Partit Laburista.
Skont l-istħarriġ, votant wieħed minn kull ħamsa li fl-aħħar elezzjoni ma vvutawx, issa se jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista, filwaqt li 5% ta’ dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2013, issa se jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Apparti dawn, hemm 3% ta’ dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2008 u fl-2013 li issa se jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista.
Meta wieħed iqabbel iż-żewġ partiti, jirriżulta li 15% ta’ dawk li vvutaw lill-Partit Laburista għadhom indeċiżi meta paragunati ma’ 7% ta’ dawk li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista.
Jekk wieħed iħares lejn l-istħarriġ dwar il-fiduċja fil-mexxejja, jirriżulta li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kiseb l-aqwa trust rating kemm ilu elett bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, f’trust rating li jikkonferma li l-korruzzjoni mminat il-fiduċja f’Joseph Muscat.
Il-poplu nkwetat dwar il-korruzzjoni
Skont stħarriġ ieħor f’The Malta Independent on Sudnay, jirriżulta ċar li l-korruzzjoni hija fuq nett tal-lista tal-affarijiet li qed jinkwetaw lin-nies, fejn hemm aktar nies li huma konvinti li Muscat hu implikat fl-iskandlu Egrant minn dawk li jaħsbu li m’huwiex.
Filfatt, 13% ta’ dawk li vvutaw lill-Partit Laburista li qed jgħidu li Muscat għandu jirriżenja. Jekk wieħed iħares lejn iż-żgħażagħ, jirriżulta li 67% taż-żgħażagħ jaħsbu li Joseph Muscat huwa implikat fl-iskandlu Egrant waqt li 55% taż-żgħażagħ tagħhom jgħidu li għandu jirriżenja. Dan kollu apparti numru kbir ta’ żgħażagħ li għadhom indeċiżi kif se jivvutaw jew konvinti li mhux se jivvutaw.
Konklużjonijiet miż-żewġ riżultati pubblikati llum
• Riżultat li juri li ż-żewġ partiti jistgħu jkunu fuq quddiem
• Għad hemm kważi 1 minn kull 4 li vvutaw PL li ma jafdawx lil Muscat
• Waqfet l-emoraġija minn ħdan il-PN iżda kompliet minn ħdan il-PL
• 1 minn kull 5 li ma vvutawx fl-aħħar elezzjon issa ser jivvutaw PN
• 5% ta’ dawk li ivvutaw PL fl-2013 ser jivvutaw PN
• 3% ta’ dawk li fl-aħħar żewġ elezzjonijiet ivvutaw PL issa ser jivvutaw PN
• 15% ta’ dawk li vvutaw PL għadhom indeċiżi paragunat ma’ 7% ta’ dawk li vvutaw PN
• L-aħjar Trust Rating għal Simon Busuttil kemm ilu li laħaq Kap tal-PN
• Trust Rating jikkonferma li l-Korruzzjoni imminat il-fiduċja f’Muscat
• Il-Korruzzjoni hija fuq nett f’dak li qed jippreokkupa lin-nies
• Hemm aktar nies li huma konvinti li Muscat hu implikat fl-iskandlu Egrant minn dawk li jaħsbu li m’huwiex
• 13% ta’ dawk li ivvutaw PL jgħidu li Muscat għandu jirriżenja
• 67% taż-żgħażagħ jaħsbu li Joseph Muscat huwa implikat fl-isknadlu Egrant u 55% tagħhom jgħidu li għandu jirriżenja.
• Ammont kbir ta’ żgħżagħ li għadhom indeċiżi kif ser jivvutaw jew konvinti li mhux ser jivvutaw
//= $special ?>