Fergħa ta’ militanti bbażata fl-Eġittu u li hi assoċjata mal-ISIS kompliet thedded lill-Kristjani fil-pajjiż li fissrithom bħala ‘mira leġittima’ . B’hekk il-Kristjani qed jitqiesu bħala ‘bersall’ għat-terroristi, l-istess bħal persuni barranin (fl-Eġittu) li mhumiex Musulmani u l-faċilitajiet tal-Gvern Eġizzjan.
Din it-theddida qed titqies bħala reali minkejja l-ammont ta’ arresti, fl-Eġittu, ta’ militanti u estremisti li kienu qed jippjanaw azzjonijiet ta’ dmija’.
L-aħħar rapporti qalu li ħames allegati membri tal-ISIS tressqu quddiem qorti kriminali, fost allegazzjonijiet li huma kienu qed jippjanaw biex jingħataw taħriġ fil-Libja, bil-għan li, ‘il quddiem, jirritornaw fl-Eġittu biex iwettqu attakki terroristiċi.
F’April li għadda, proprju waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Ħadd il-Palm, żewġ aggressuri suwiċida assoċjati mal-ISIS kienu qatlu 45 persuna u ferew għexieren oħra waqt attakki fuq żewġ Knejjes fl-inħawi ta’ Lixandra u Tanta.
//= $special ?>