#muscatgate Lokali

Żvelata aktar evidenza dwar il-kumpaniji sigrieti fil-Panama

Il-klikka ta' Kastilja: Joseph Muscat (fin-nofs), Keith Schembri (xellug), Konrad Mizzi (lemin)

Dalgħodu l-ġurnalista Matthew Caruana Galizia, li jifforma parti mill-Konsorzju Internazzjonali ta’ Ġurnalisti Investigattivi (ICIJ) fuq il-profil tiegħu fuq Facebook ippublika aktar dokumenti u evidenza dwar il-kumpaniji sigrieti fil-Panama.

F’dawn id-dokumenti kien żvelat kif Keith Schembri uża l-kumpanija Colson Ltd., li tagħha Keith Schembri hu l-uniku direttur, biex fiha intefgħu mas-€750,000 u aktar bl-għajnuna tal-accountant tiegħu Brian Tonna.

Jirriżulta wkoll mid-dokumenti żvelat li s-CEO tal-kumpaniji li għandu Keith Schembri, Malcolm Scerri, ħaddem mal-€1.1 miljun minn meta Keith Schembri sar Chief of Staff tal-Prim Ministru. Attività li bdiet wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013.

Matthew Caruana Galizia żvela wkoll li l-Ministru Konrad Mizzi fil-kumpanija Hearnville kien se jdaħħal mal-$20,000 kull xahar ħlief għal darba fejn il-pagament tal-bidu kien se jkun ta’ $25,000. Dan il-pagamenti kienu se jgħaddu permezz ta’ wire transfer. Konrad Mizzi kkonferma wkoll li Sai Mizzi kienet qed taqla paga ta’ $12,000 fix-xahar u hu kellu paga ta’ $5,000.

Tags