#muscatgate Lokali

“Fiduċja f’Keith Schembri” – Muscat jibqa’ jiddefendi ċ-Chief of Staff taħt investigazzjoni

Minkejja l-investigazzjoni kriminali u iktar rapporti li jindikaw li Keith Schembri għamel qliegħ mill-kriminalita’, il-Mexxej Laburista u Prim Ministru Joseph Muscat jibqa’ jiddefendi liċ-Chief of Staff tiegħu u jagħid li għandu fiduċja fih.

Iktar kmieni din l-ġimgħa, Muscat tenna mill-ġdid li għandu l-fiduċja f’Keith Schembri. Mistoqsi direttament jekk baqax ta’ din il-fehma wara l-komunika tal-Maġistrat Aaron Bugeja li bagħat l-investigazzjoni għal inkjesta kriminali u dettalji ta’ rapport tal-FIAU li jindika li Schembri, flimkien ma’ Brian Tonna, għamlu qliegħ mill-kriminalita’, il-Prim Ministru qal li baqa’ tal-istess fehma.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Muscat semma numru ta’ proposti fl-edukazzjoni, is-saħħa, it-trasport u l-ambjent. Fost dawn, hemm proposti li diġa ipproponiehom il-Partit Nazzjonalista tul din il-leġislatura b’mod partikolari dawk biex tittaffa l-konġestjoni tat-traffiku.

Wara snin li pproponiehom il-Partit Nazzjonalista sabiex jitwettqu b’mod immedjat mill-Gvern biex ikun indirizzat it-traffiku, Joseph Muscat qed iwiegħed li t-trasport tal-iskejjel ikun b’xejn ukoll għall-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti. Proposta oħra tal-Partit Nazzjonalista li issa qed iwiegħda Muscat hi li t-trasport pubbliku jkun b’xejn. Iżda filwaqt li l-PN qal fl-isfond tas-sussidju ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ ewro li qed jagħti il-Gvern, jista’ joffri t-trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd, Muscat qed jipproponi li t-trasport pubbliku b’xejn għat-tfal, studenti, anzjani u persuni b’diżabilita’.

Wara li wettaq sfreġju fuq iż-Żonqor għall-universita’ ta’ Sadeen, proġett li qanqal kundanna u stmerrija minn kull min għandu għal qalbu l-Ambjent, Joseph Muscat qed iwiegħed li mhux se jsiru iktar proġetti fuq art ODZ