#muscatgate Lokali

FILMAT: AKKUŻI KRIMINALI LIL KEITH SCHEMBRI: Muscat jgħid li għandu fiduċja fih

Joseph Muscat iwiegħed li se jwieġeb kollox, u baqa' ma wieġeb xejn

Viżibilment skomdu – Joseph Muscat l-ewwel jaħrab mir-risposta għall-mistoqsija ta’ NET News, jwiegħed li se jirrispondi, imbagħad jaħrab u ma jweġibx.

Ilbieraħ kompla jikkomplika ruħu l-iskandlu ta’ Keith Schembri – fejn sar magħruf li l-awtoritajiet ilhom jgħattu dan l-iskandlu taċ-Chief of Staff ta’ Keith Schembri għal sena sħiħa. Ilbieraħ stess il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil appella lill-Avukat Generali biex jippublika d-dokumenti kollha li hemm moħbija.

Iżda meta Joseph Muscat kien affaċjat bl-istess sitwazzjoni – minflok appella hu wkoll biex toħroġ il-verita’ u jiġi ppublikat kollox – Joseph Muscat għal darb’oħra reġa’ ħarab milli jwieġeb u għażel li jiddefendi lil min hu fil-ħażin – lil Keith Schembri.

Nafu li Keith Schembri instab minn Maġistrat u minn rapport illikjat tal-FIAU li hemm biżejjed provi għall-investigazzjoni kriminali – Joseph Muscat xorta waħda qal li għandu fiduċja fih.

 

 

Huwa ċar li Joseph Muscat qed jibqa’ jiddefendi lil Keith Schembri – li minkejja ammetta li għamel ħażin minflok keċċih, xorta waħda żammu miegħu f’Kastilja bħala Chief of Staff. Għal dan, Simon Busuttil ta r-reazzjoni tiegħu, fejn stqarr li immedjatament għandu jiġi kollox ippublikat.