Elezzjoni 2017 Lokali

FILMAT: Jinqabdu f’gidba oħra – din id-darba jaħarbu mill-cameras ta’ NET News

Jinqabdu jigdbu quddiem il-cameras ta' NET News fil-Birgu - u jaħarbu mill-post

Il-Partit Laburista sejjaħ konferenza stampa oħra negattiva – u reġaw inqabdu f’gidba oħra. Din id-darba dwar dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’attivita’ politika fil-Birgu.

Joseph Muscat u l-Partit Laburista allega li Simon Busuttil uża kliem diviżiv bejn il-Maltin – u filfatt Chris Fearne u Lydia Abela indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet biex ikomplu jdawru id-diskors ta’ Simon Busuttil kif jaqbel lilhom. Iżda NET News mar jisma’ dak li kellhom xi jgħidu, u wara semmalhom silta’ li l-Partit Laburista għoġbu jdawwara f’ballun politiku.

Kien f’dan il-mument li hekk kif inqabdu f’gidba quddiem il-cameras ta’ NET News, Chris Fearne baqa’ jinsisti u jżomm mal-gidba tal-Partit Laburista avolja l-verita’ hi dak li għadu kif sema’ ftit sekondi qabel. Bażikament, Chris Fearne beda jmeri l-ovvju.

Wara iżda, ġurnalist ieħor ta’ NET News ma tħallix jagħmel mistoqsija, u kien f’dan il-mument li uffiċjal tal-Partit Laburista waqqaf lill-ġurnalist, u Chris Fearne u Lydia Abela telqu mill-post.